+Artikolu 31 Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
|
Artikolu 31 Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni
Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Fil-limiti tal-mandat tiegħu, il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b'kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bl-għan li jiġu evitati perjodi ta' diffikultà finanzjarja mifruxa, il-BERS għandu kontinwament jissorvelja l-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni. Meta l-BERS iqis li huwa meħtieġ u mill-inqas kull tliet snin, il-BERS għandu, f'kollaborazzjoni mal-EBA, jippubblika rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-suq tat-titolizzazzjoni għall-istabbiltà finanzjarja sabiex jiġu enfasizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 44, il-BERS għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ASEs, sal-31 ta' Diċembru 2022, jippubblika rapport li jivvaluta l-impatt tal-introduzzjoni tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ fuq l-istabbiltà finanzjarja, u ta' kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali, bħar-riskji potenzjali li jinħolqu mill-konċentrazzjoni u l-interkonnettività bejn bejjiegħa ta' protezzjonijiet tal-kreditu mhux pubbliċi. Ir-rapport tal-BERS imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjoni sintetika, b'mod partikolari l-karattru speċifiku u privat tipiku tagħha fis-swieq finanzjarji, u jeżamina jekk it-trattament tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ huwiex tassew favorevoli għal tnaqqis fir-riskju globali fis-sistema finanzjarja u għal finanzjament aħjar tal-ekonomija reali. Fit-tħejjija tar-rapport tiegħu, il-BERS għandu juża varjetà ta' sorsi tad-data rilevanti, bħal:
(a)
id-data miġbura mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 7(1);
(b)
l-eżitu tar-rieżamijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 30(2); kif ukoll
(c)
data miżmuma f'repożitorji tat-titolizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta' rimedju b'rispons għar-riskji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż dwar l-adegwatezza tal-modifika tal-livelli ta' ritenzjoni tar-riskju, jew miżuri makroprudenzjali oħra. Fi żmien tliet xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjoni, id-destinatarju tar-rakkomandazzjoni għandu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, jikkomunika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS l-azzjonijiet li huwa ħa b'rispons għar-rakkomandazzjoni u għandu jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għal kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|