|
+Artikolu 31 3. |
Artikolu 31 3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 44, il-BERS għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ASEs, sal-31 ta' Diċembru 2022, jippubblika rapport li jivvaluta l-impatt tal-introduzzjoni tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ fuq l-istabbiltà finanzjarja, u ta' kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali, bħar-riskji potenzjali li jinħolqu mill-konċentrazzjoni u l-interkonnettività bejn bejjiegħa ta' protezzjonijiet tal-kreditu mhux pubbliċi. Ir-rapport tal-BERS imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjoni sintetika, b'mod partikolari l-karattru speċifiku u privat tipiku tagħha fis-swieq finanzjarji, u jeżamina jekk it-trattament tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ huwiex tassew favorevoli għal tnaqqis fir-riskju globali fis-sistema finanzjarja u għal finanzjament aħjar tal-ekonomija reali. Fit-tħejjija tar-rapport tiegħu, il-BERS għandu juża varjetà ta' sorsi tad-data rilevanti, bħal:
(a)
id-data miġbura mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 7(1);
(b)
l-eżitu tar-rieżamijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 30(2); kif ukoll
(c)
data miżmuma f'repożitorji tat-titolizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|