+Artikolu 33 Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.

Artikolu 33 Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmijin fl-Artikolu 32 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, kif xieraq:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil awtoritajiet oħra;

(d) 

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 33 2.

Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju imposta skont l-Artikolu 32, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:

(a) 

il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) 

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g) 

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.