|
+Artikolu 33 2. |
Artikolu 33 2.Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju imposta skont l-Artikolu 32, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:
(a)
il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e)
it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;
(g)
il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|