+Artikolu 36 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-ASE
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.

Artikolu 36 Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-ASE

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-ASE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 29 u l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 30 sa 34.
Artikolu 36 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prassi, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġurisdizzjonali f’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 36 3.
Għandu jkun stabbilit kumitat ta’ titolizzazzjoni speċifiku fi ħdan il-qafas tal-kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib, sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 30 sa 34.
Artikolu 36 4.
Meta awtorità kompetenti ssib li rekwiżit wieħed jew aktar taħt l-Artikoli 6 sa 27 ikun inkiser jew ikollha raġun biex temmen hekk, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-entità jew entitajiet issuspettati bit-tali ksur bis-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib sabiex jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti.
Artikolu 36 5.
Meta l-ksur imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jikkonċerna, b’mod partikolari, notifika żbaljata jew qarrieqa skont l-Artikolu 27(1), l-awtorità kompetenti li ssib dak il-ksur għandha tinnotifika mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt taħt l-Artikolu 27(1) bis-sejbiet tagħha. L-awtorità kompetenti tal-entità maħtura bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt taħt l-Artikolu 27(1) għandha, min-naħa tagħha tinforma lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA u għandha ssegwi l-proċedura prevista fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 36 6.
Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tal-entità ssuspettata mill-ksur għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa fi żmien 15-il jum ta’ xogħol biex tindirizza l-ksur identifikat u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, b’mod partikolari dawk tal-oriġinatur, l-isponsor u, l-SSPE u l-awtoritajiet kompetenti tad-detentur b’pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, meta tkun magħrufa. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ awtorità kompetenti oħra dwar il-proċedura jew il-kontenut tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha mingħajr dewmien żejjed. Jekk dak in-nuqqas ta’ qbil ma jkunx riżolt fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti jkunu notifikati, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ESMA skont l-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-perijodu ta’ konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jkun ta’ xahar wieħed.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien xahar wieħed. Matul il-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament u għandha tinżamm fuq tali lista.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jaqblu li l-ksur huwa relatat man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18 in bona fede, huma jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE perijodu massimu ta’ tliet xhur biex jirrimedja l-ksur identifikat, li jibda mill-ġurnata li fiha l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ġew infurmati bil-ksur mill-awtorità kompetenti. Matul dan il-perijodu, titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 u għandha tinżamm fuq tali lista.

Fejn awtorità kompetenti involuta waħda jew aktar tkun tal-opinjoni li l-ksur ma jkunx ġie rimedjat adegwatament fi żmien il-perijodu stabbilit fit-tielet -subparagrafu, għandu japplika l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 36 7.
Tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha twettaq evalwazzjoni bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji previsti fl-Artikoli 19 sa 26 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 36 8.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-obbligu ta’ kooperazzjoni ġenerali u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont il-paragrafu 1 u l-obbligi ta’ notifika skont il-paragrafi 4 u 5.

L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.