|
+Artikolu 36 6. |
Artikolu 36 6.Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tal-entità ssuspettata mill-ksur għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa fi żmien 15-il jum ta’ xogħol biex tindirizza l-ksur identifikat u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, b’mod partikolari dawk tal-oriġinatur, l-isponsor u, l-SSPE u l-awtoritajiet kompetenti tad-detentur b’pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, meta tkun magħrufa. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ awtorità kompetenti oħra dwar il-proċedura jew il-kontenut tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha mingħajr dewmien żejjed. Jekk dak in-nuqqas ta’ qbil ma jkunx riżolt fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti jkunu notifikati, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ESMA skont l-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-perijodu ta’ konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jkun ta’ xahar wieħed. Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien xahar wieħed. Matul il-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament u għandha tinżamm fuq tali lista. Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jaqblu li l-ksur huwa relatat man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18 in bona fede, huma jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE perijodu massimu ta’ tliet xhur biex jirrimedja l-ksur identifikat, li jibda mill-ġurnata li fiha l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ġew infurmati bil-ksur mill-awtorità kompetenti. Matul dan il-perijodu, titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 u għandha tinżamm fuq tali lista. Fejn awtorità kompetenti involuta waħda jew aktar tkun tal-opinjoni li l-ksur ma jkunx ġie rimedjat adegwatament fi żmien il-perijodu stabbilit fit-tielet -subparagrafu, għandu japplika l-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|