+Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 43 7.
---+Artikolu 43 8.
---+Artikolu 43 9.
|
Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Dan ir-Regolament għandu japplika għal titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara, soġġett għall-paragrafi 7 u 8.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzata” jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawn it-termini fil-każ biss li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ikunu ssodisfati.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019 [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni marbuta ma’ tranżazzjoni ABCP jew programm ABCP, għandhom jitqiesu bħala “STS” dment li:
(a)
fil-mument tal-ħruġ ta’ dawk it-titoli, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) sa (5), (7) sa (9) u (11) sa (13) u l-Artikolu 21(1) u (3); u
(b)
jissodisfaw, fil-mument tan-notifika skont l-Artikolu 27(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(6) u (10), l-Artikolu 21(2) u (4) sa (10) u l-Artikolu 22(1) sa (5).
|
|
Artikolu 43 4.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, japplika dan li ġej:
(a)
fl-Artikolu 22(2) “qabel jinħarġu” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
(b)
fl-Artikolu 22(3) “qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
(c)
fl-Artikolu 22(5):
(i)
fit-tieni sentenza, “qabel l-ipprezzar” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
(ii)
“qabel l-ipprezzar għall-inqas fl-abbozz jew fil-forma inizjali” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
(iii)
ir-rekwiżit stipulat fir-raba’ sentenza ma għandux japplika;
(iv)
referenzi għall-konformità mal-Artikolu 7 għandhom jitqiesu bħallikieku l-Artikolu 7 japplika għal dawk it-titolizzazzjonijiet minkejja l-Artikolu 43(1).
|
|
Artikolu 43 5.
|
Fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2011 fejn żdiedu jew ġew sostitwiti skoperturi sottostanti ġodda wara l-31 ta’ Diċembru 2014, ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta kif previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013 rispettivament għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2018.
|
|
Artikolu 43 6.
|
Fir-rigward ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom inħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi ta’ riassigurazzjoni kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs) kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jibqgħu japplikaw l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Kapitoli I, II u III u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, l-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u l-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013, rispettivament, fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2018.
|
|
Artikolu 43 7.
|
Sakemm japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(7) ta’ dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors jew il-mutwant oriġinali għandhom, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw il-Kapitoli I, II u III u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 għat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2019.
|
|
Artikolu 43 8.
|
Sakemm japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs, għandhom, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/3 disponibbli skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 43 9.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li ma jinvolvux il-ħruġ ta’ titoli, kwalunkwe referenza għal “titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu” għandha titqies li tfisser “titolizzazzjonijiet li l-pożizzjonijiet tat-titoli inizjali tagħhom huma maħluqa”, dment li dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe titolizzazzjonijiet li joħolqu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ġodda fid-data jew wara l-1 ta' Jannar 2019.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|