+KAPITOLU 6 EMENDI
---+Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
---+Artikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE
---+Artikolu 40 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
---+Artikolu 41 Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
---+Artikolu 42 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
------+Artikolu 43 3.
------+Artikolu 43 4.
------+Artikolu 43 5.
------+Artikolu 43 6.
------+Artikolu 43 7.
------+Artikolu 43 8.
------+Artikolu 43 9.
---+Artikolu 43a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
------+Artikolu 43a 1.
------+Artikolu 43a 2.
------+Artikolu 43a 3.
------+Artikolu 43a 4.
---+Artikolu 44 Rapporti
---+Artikolu 45a Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli
------+Artikolu 45a 1.
------+Artikolu 45a 2.
------+Artikolu 45a 3.
---+Artikolu 46 Rieżami
---+Artikolu 47 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 47 1.
------+Artikolu 47 2.
------+Artikolu 47 3.
------+Artikolu 47 4.
------+Artikolu 47 5.
------+Artikolu 47 6.
---+Artikolu 48 Dħul fis-seħħ
|
KAPITOLU 6 EMENDI
KAPITOLU 6 EMENDI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
|
Artikolu 38 Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE L-Artikolu 50a tad-Direttiva 2009/65/KE huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 50a Meta kumpanniji maniġerjali UCITS jew UCITS immaniġġata internament jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fil-UCITS rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
|
|
Artikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE
|
Artikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula b’dan li ġej:
“2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ta’ din id-Direttiva li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista’ tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(3) ta’ din id-Direttiva.
3.
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b’rabta mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”
(2)
L-Artikolu 308b(11) huwa mħassar.
|
|
Artikolu 40 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
|
Artikolu 40 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fil-premessi 22 u 41, fl-Artikolu 8c u fil-punt 1 tal-Parti II Taqsima D tal-Anness I„ “strument finanzjarju strutturat” hija mibdula bi “strument ta’ titolizzazzjoni”.
(2)
Fil-premessi 34 u 40, fl-Artikoli 8(4), 8c, 10(3) u 39(4) kif ukoll fil-ħames paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, il-punt 5 tat-Taqsima B tal-Anness I, it-titolu u l-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima D tal-Anness I, il-punti 8, 24 u 45 tal-Parti I tal-Anness III u l-punt 8 tal-Parti III tal-Anness III, “strumenti finanzjarji strutturati” hija mibdula bi “strumenti ta’ titolizzazzjoni”.
(3)
fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni.”
(4)
Fl-Artikolu 3(1), il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(l)
“strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402[ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];”.
(5)
L-Artikolu 8b huwa mħassar.
(6)
fil-punt (b) tal-Artikolu 4(3), il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 25a, ir-referenza għall-Artikolu 8b hija mħassra.
|
|
Artikolu 41 Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
|
Artikolu 41 Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 “Meta AIFMs jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fl-AIFs rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
|
|
Artikolu 42 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
|
Artikolu 42 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“(30)
‘bond kopert’ tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”
(31)
‘entità ta’ bonds koperti’ tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert.”
(2)
fl-Artikolu 4 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“5.
Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament u tal-Kunsill (
*4
) dment li:
(a)
fil-każ ta’ entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, u tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
(b)
il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għal hedgeing ta’ rati ta’ interessi jew spariġġi fil-munita fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u
(c)
l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
6.
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema arranġamenti f’bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, skont it-tifsira tal-paragrafu 5.
L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.
(3)
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa mibdul b’dan li ġej:
“15.
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni, meħtieġa għall-osservanza tal-paragrafu 3;
(b)
il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;
(c)
il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.
Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.”
|
|
Artikolu 43 Dispożizzjonijiet transitorji
|
Dispożizzjonijiet transitorji
|
|
Artikolu 43a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
|
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
|
|
Artikolu 44 Rapporti
|
Artikolu 44 Rapporti Sal-1 ta’ Jannar 2021 u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jippubblika rapport dwar:
(a)
l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif previst fl-Artikoli 18 sa 27;
(b)
valutazzjoni tal-azzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet kompetenti, dwar ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu tfaċċaw u dwar l-azzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq sabiex ikomplu jistandardizzaw id-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet;
(c)
il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta previsti fl-Artikolu 5 u r-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 u l-livell ta’ trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni, inkluż dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 jippermettux lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom stampa ġenerali suffiċjenti tas-suq sabiex iwettqu l-mandati rispettivi tagħhom;
(d)
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6, inkluż il-konformità magħhom mill-parteċipanti tas-suq u l-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6(3);
▼M1
(e)
il-post ġeografika tal-SSPEs.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilu kull tliet snin skont il-punt (e), il-Kummissjoni għandha tipprovdi valutazzjoni tar-raġunijiet għall-għażla tal-post, inkluż, soġġett għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, sa liema punt l-eżistenza ta' sistema tat-taxxa u regolatorja favorevoli għandha rwol kritiku.
▼M1 —————
▼M1
|
|
Artikolu 45a Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli
|
Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli
|
|
Artikolu 46 Rieżami
|
Artikolu 46 Rieżami Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod partikolari s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 44, u għandu jivvaluta:
(a)
l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-introduzzjoni tad-deżinjazzjoni ta’ titolizzazzjoni STS, fuq il-funzjonament tas-suq għat-titolizzazzjonijiet fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni tat-titolizzazzjoni għall-ekonomija reali, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs u l-investimenti, u l-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju;
(b)
id-differenzi fl-użu tal-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), abbażi ta’ data rrappurtata skont il-punt (e)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1). Jekk is-sejbiet juru żieda ta’ riskji prudenzjali kkawżati mill-użu tal-modalitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 6(3), imbagħad għandhom jiġu kkunsidrati passi rimedjali xierqa;
(c)
jekk kienx hemm żieda sproporzjonata fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), sa mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jekk il-parteċipanti fis-suq strutturawx it-tranżazzjonijiet b’mod li jevadu l-obbligu skont l-Artikolu 7 li jagħmlu disponibbli informazzjoni permezz ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni;
(d)
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu estiżi r-rekwiżiti tal-iżvelar skont l-Artikolu 7 biex ikopru t-tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), u l-pożizzjonijiet tal-investituri;
(e)
jekk fil-qasam tat-titolizzazzjonijiet STS jistax jiġi introdott reġim ta’ ekwivalenza għal oriġinaturi, sponsors u SSPEs ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tat-titolizzazzjoni, b’mod partikolari inizjattivi dwar titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u komparabbli;
▼M1
(f)
“l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22(4) u 26d(4) u jekk jistgħux jiġu estiżi għal titolizzazzjoni meta l-iskoperturi sottostanti ma jkunux self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, bil-ħsieb tal-integrazzjoni tad-divulgazzjoni ambjentali, soċjali u ta' governanza;
▼B
(g)
l-adegwatezza tar-reġim tal-verifika tal-parti terza kif previst fl-Artikoli 27 u 28, u jekk ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet terzi previsti fl-Artikolu 28 irawwimx kompetizzjoni suffiċjenti fost partijiet terzi u jikkunsidrax jekk iridux jiġu introdotti bidliet fil-qafas superviżorju sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja; u
(h)
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġi kkomplementat il-qafas dwar it-titolizzazzjoni stipulat f’dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita sistema ta’ banek b'liċenzji limitati, li jwettqu l-funzjonijiet ta’ SSPEs u li għandhom id-dritt esklużiv li jixtru skoperturi minn oriġinaturi u jbigħu pretensjonijiet appoġġati mill-iskoperturi mixtrija lil investituri;
▼M1
(i)
il-possibbilta' ta' rekwiżiti ulterjuri ta' standardizzazzjoni u divulgazzjoni fid-dawl tal-prattiki tas-suq li qed jiżviluppaw, jiġifieri permezz tal-użu ta' formoli, għal titolizzazzjonijiet kemm tradizzjonali u sintetiċi, inkluż għal titolizzazzjonijiet privati personalizzati meta ma jkun irid jitfassal l-ebda prospett f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
).
▼B
|
|
Artikolu 47 Eżerċizzju tad-delega
|
Eżerċizzju tad-delega
|
|
Artikolu 48 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 48 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|