+Artikolu 43a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
---+Artikolu 43a 1.
---+Artikolu 43a 2.
---+Artikolu 43a 3.
---+Artikolu 43a 4.
|
Artikolu 43a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43a 1.
|
Fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi li l-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu tagħhom sar effettiv qabel id-9 ta’ April 2021, l-oriġinaturi u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" jew "sempliċi, trasparenti u standardizzata", jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawn it-termini fil-każ biss li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfati fiż-żmien tan-notifika msemmija fl-Artikolu 27(1).
|
|
Artikolu 43a 2.
|
Sad-data tal-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 27(6), l-oriġinaturi għandhom, għall-finijiet tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 27(1), jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa disponibbli għall-ESMA bil-miktub.
|
|
Artikolu 43a 3.
|
Titolizzazzjonijiet li l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni inizjali tagħhom inħolqu qabel id-9 ta’ April 2021 għandhom jitqiesu li huma STS dment li:
(a)
huma ssodisfaw, fiż-żmien tal-ħolqien tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni inizjali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26b(1) sa (5), (7) sa (9) u (11) u (12), l-Artikoli 26c(1) u (3), l-Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26e(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 26e(3), u l-Artikoli 26e(6) sa (9); kif ukoll
(b)
jissodisfaw, fil-mument tan-notifika skont l-Artikolu 27(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26b(6) u (10), l-Artikoli 26c(2) u (4) sa (10), l-Artikoli 26d(1) sa (5) u t-tieni sas-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 26e(2), l-ewwel, it-tieni u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 26e(3) u l-Artikoli 26e(4) u (5).
|
|
Artikolu 43a 4.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, japplika dan li ġej:
(a)
fl-Artikolu 26d(2) "qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni" għandhom jitqiesu li jinqraw "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
(b)
fl-Artikolu 26d(3) "qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni" għandhom jitqiesu li jinqraw "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
(c)
fl-Artikolu 26d(5):
(i)
fit-tieni sentenza, "qabel l-ipprezzar" għandha titqies li taqra "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
(ii)
fit-tielet sentenza "qabel l-ipprezzar għall-inqas fl-abbozz jew fil-forma inizjali" għandha titqies li taqra "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
(iii)
ir-rekwiżit spjegat fir-raba' sentenza ma għandux japplika;
(iv)
referenzi għall-konformità mal-Artikolu 7 għandhom jitqiesu bħallikieku l-Artikolu 7 japplika għal dawk it-titolizzazzjonijiet minkejja l-Artikolu 43(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|