|
+Artikolu 44 Rapporti |
Artikolu 44 RapportiArtikolu 44 Rapporti Sal-1 ta’ Jannar 2021 u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jippubblika rapport dwar:
(a)
l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif previst fl-Artikoli 18 sa 27;
(b)
valutazzjoni tal-azzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet kompetenti, dwar ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu tfaċċaw u dwar l-azzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq sabiex ikomplu jistandardizzaw id-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet;
(c)
il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta previsti fl-Artikolu 5 u r-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 u l-livell ta’ trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni, inkluż dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 jippermettux lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom stampa ġenerali suffiċjenti tas-suq sabiex iwettqu l-mandati rispettivi tagħhom;
(d)
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6, inkluż il-konformità magħhom mill-parteċipanti tas-suq u l-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6(3);
(e)
il-post ġeografika tal-SSPEs. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilu kull tliet snin skont il-punt (e), il-Kummissjoni għandha tipprovdi valutazzjoni tar-raġunijiet għall-għażla tal-post, inkluż, soġġett għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, sa liema punt l-eżistenza ta' sistema tat-taxxa u regolatorja favorevoli għandha rwol kritiku. ▼M1 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|