L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-ebda restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew ebda restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ close out netting jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), jew tat-Titolu V, Kapitolu III, Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (c)(iv) jew (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V, Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.