+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
---+Artikolu 2 (36)
---+Artikolu 2 (37)
---+Artikolu 2 (38)
---+Artikolu 2 (39)
---+Artikolu 2 (40)
---+Artikolu 2 (41)
---+Artikolu 2 (42)
---+Artikolu 2 (43)
---+Artikolu 2 (44)
---+Artikolu 2 (45)
---+Artikolu 2 (46)
---+Artikolu 2 (47)
---+Artikolu 2 (48)
---+Artikolu 2 (49)
---+Artikolu 2 (50)
---+Artikolu 2 (51)
---+Artikolu 2 (52)
---+Artikolu 2 (53)
---+Artikolu 2 (54)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“CCP” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“kulleġġ ta’ riżoluzzjoni” tfisser il-kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 4;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“awtorità ta’ riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 3;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“għodda ta’ riżoluzzjoni” tfisser għodda ta’ riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 27(1);
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“setgħa ta’ riżoluzzjoni” tfisser kwalunkwe waħda mis-setgħat kif stipulat fl-Artikoli 48 sa 58;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“objettivi tar-riżoluzzjoni” tfisser l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“event ta’ inadempjenza” tfisser xenarju li fih is-CCP tkun iddikjarata li tkun inadempjenti:
|
(a)
|
wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklirjar f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew
|
|
(b)
|
CCP wieħed jew aktar interoperabbli f’konformità mal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti jew mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“event mhux ta’ inadempjenza” tfisser xenarju fejn it-telf huwa mġarrab minn CCP għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra event ta’ inadempjenza, inkluż iżda mhux limitat għal, nuqqasijiet fin-negozju, il-kustodja, l-investiment, legali jew operazzjonali, jew frodi, inkluż nuqqasijiet li jirriżultaw minn attakki ċibernetiċi;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“pjan ta’ riżoluzzjoni” tfisser pjan ta’ riżoluzzjoni għal CCP imfassal f’konformità mal-Artikolu 12;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“azzjoni ta’ riżoluzzjoni” tfisser deċiżjoni li CCP titpoġġa f’riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22, l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, jew l-eżerċitar ta’ setgħa ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“membru tal-ikklirjar” tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“CCP ta’ pajjiż terz” tfisser CCP li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“arranġament ta’ tpaċija” tfisser arranġament li skontu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn is-CCP taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“infrastruttura tas-suq finanzjarju” jew “FMI” tfisser CCP, depożitorju ċentrali tat-titoli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet, sistema ta’ pagament jew sistema oħra definita u maħtura minn Stat Membru skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“ċentru tan-negozjar” tfisser post ta’ negozju kif definit fil-punt 4 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt 15 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“O-SIIs” tfisser istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika kif imsemmija fl-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“klijent indirett” tfisser impriża li tkun stabbiliet arranġamenti tal-ikklerjar indirett ma’ membru tal-ikklirjar fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“CCP interoperabbli” tfisser CCP li magħha jkun ġie stabbilit arranġament tal-interoperabilità;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“pjan ta’ rkupru” tfisser pjan ta’ rkupru mfassal u miżmum minn CCP f’konformità mal-Artikolu 9;
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-kumpanniji u f’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“kulleġġ superviżorju” tfisser il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“kapital” tfisser kapital kif definit fil-punt 25 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“kaskata tal-inadempjenza” tfisser kaskata tal-inadempjenza f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“funzjonijiet kruċjali” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet ipprovduti lil partijiet terzi esterni għas-CCP, li d-diskontinwità tagħhom x’aktarx li twassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru wieħed jew aktar minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntieri ta’ CCP, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet;
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“grupp” tfisser grupp kif definiti fil-punt 16 tal- -Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“FMI marbuta” tfisser FMI li magħha s-CCP tkun daħlet f’arranġamenti kuntrattwali, inkluż arranġamenti tal-interoperabilità;
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku ieħor fil-livell supranazzjonali, li, jekk jiġi pprovdut fil-livell nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex jiġu ppreservati jew restawrati l-vijabilità, il-likwidità jew is-solvenza ta’ CCP;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“kuntratti finanzjarji” tfisser kuntratti u ftehimiet kif definiti fil-punt 100 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“proċedimenti normali ta’ insolvenza” tfisser il-proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi li jinvolvu l-iżvestiment parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur jew amministratur normalment applikabbli għas-CCPs skont il-liġi nazzjonali u speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew inkella applikabbli b’mod ġenerali għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“strumenti ta’ sjieda” tfisser ishma, strumenti oħrajn li jikkonferixxu sjieda, strumenti li jistgħu jiġu kkonvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda oħrajn, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strumenti ta’ sjieda oħrajn;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura” tfisser l-awtorità fdata bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“fond tal-inadempjenza” tfisser fond tal-inadempjenza miżmum minn CCP b’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (36)
|
“riżorsi prefinanzjati” tfisser riżorsi miżmuma mill-persuna ġuridika rilevanti u disponibbli liberament għaliha;
|
|
Artikolu 2 (37)
|
“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CCP u l-membru/i eżekuttiv(i) tal-bord;
|
|
Artikolu 2 (38)
|
“repożitorju tat-tranżazzjonijiet” tfisser repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fil-punt 1 tal- Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);
|
|
Artikolu 2 (39)
|
“Qafas ta’ għajnuna mill-Istati tal-Unjoni” tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE u r-regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 TFUE;
|
|
Artikolu 2 (40)
|
“strumenti ta’ dejn” tfisser bonds jew forom oħrajn ta’ dejn trasferibbli mhux garantit, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta’ strumenti ta’ dejn;
|
|
Artikolu 2 (41)
|
“marġni inizjali” tfisser marġni miġbura mis-CCP biex tkopri l-iskopertura futura potenzjali għal membri tal-ikklirjar li jipprovdu l-marġni u, fejn rilevanti, CCPs interoperabbli fl-intervall bejn l-aħħar ġbir ta’ marġni u l-likwidazzjoni ta’ pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklirjar jew l-inadempjenza ta’ CCP interoperabbli;
|
|
Artikolu 2 (42)
|
“marġni ta’ varjazzjoni” tfisser il-marġni miġbur jew imħallas biex jirrifletti l-iskoperturi attwali li jirriżultaw minn bidliet reali fil-prezzijiet tas-suq;
|
|
Artikolu 2 (43)
|
“sejħa għal flus għal riżoluzzjoni” tfisser talba għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tas-setgħat statutorji disponibbli għal awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 31;
|
|
Artikolu 2 (44)
|
“sejħa għal flus għal irkupru” tfisser talba għal riżorsi fi flus, ħlief sejħa għal flus għal riżoluzzjoni, li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tal-arranġamenti kuntrattwali stipulati fir-regoli operattivi tas-CCP;
|
|
Artikolu 2 (45)
|
“setgħat ta’ trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 48(1) għat-trasferiment ta’ ishma, strumenti ta’ sjieda oħrajn, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk l-elementi minn CCP taħt riżoluzzjoni lil benefiċjarju;
|
|
Artikolu 2 (46)
|
“derivat” tfisser derivat kif definit fil-punt 5 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 2 (47)
|
“arranġament ta’ totaliżżar” tfisser arranġament li taħtu għadd ta’ pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni netta unika, inkluż arranġament ta’ totaliżżar tal-għeluq li taħtu, meta jseħħ event ta’ infurzar (irrispettivament minn kif u fejn jiġi definit), l-obbligi tal-partijiet jiġu aċċellerati sabiex isiru dovuti immedjatament jew jiġu terminati u, fi kwalunkwe każ, jiġu kkonvertiti fi, jew sostitwiti minn, pretensjoni netta unika, inkluż “dispożizzjoni dwar it-totaliżżar tal-għeluq” kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u “totaliżżar” kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;
|
|
Artikolu 2 (48)
|
“miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi” tfisser l-eżerċitar ta’ setgħat li CCP tenħtieġ tieħu miżuri sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet fil-pjan ta’ rkupru tagħha skont l-Artikolu 10(8) u (9), l-eżerċitar ta’ setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16, jew l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18;
|
|
Artikolu 2 (49)
|
“dritt ta’ terminazzjoni” tfisser dritt li kuntratt jiġi terminat, dritt li l-obbligi jiġu aċċellerati, jingħalqu, jiġu paċuti jew jiġu nnettjati jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta’ parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li tipprevjeni li jirriżulta obbligu skont il-kuntratt li altrimenti kien jirriżulta;
|
|
Artikolu 2 (50)
|
“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu kif definit fil-punt (b) tal- Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE;
|
|
Artikolu 2 (51)
|
“bond kopert” tfisser bond kopert kif iddefinit fil-punt (1) tal-tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);
|
|
Artikolu 2 (52)
|
“proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta’ pajjiż terz għall-ġestjoni ta’ falliment ta’ CCP ta’ pajjiż terz li tkun komparabbli, f’termini ta’ objettivi u riżultati antiċipati, mal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (53)
|
“awtoritajiet nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew il-ministeri kompetenti maħtura f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE jew awtoritajiet oħrajn fl-Istati Membri b’setgħat li jirrigwardjaw l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar fil-ġurisdizzjoni tagħhom;
|
|
Artikolu 2 (54)
|
“awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli għat-twettiq ta’ funzjonijiet komparabbli għal dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|