8. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ superviżorju, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforma minnufih lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 u mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, u bi kwalunkwe struzzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7.
Meta l-awtorità kompetenti tkun infurmata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż pagamenti ta’ dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, kemm jista’ jkun mingħajr ma jkun ikkawżat event ta’ inadempjenza, u tista’ tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe pagament ta’ remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.