+Artikolu 10 3

Artikolu 10 3

3.   Meta jivvalutaw il-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti u l-kulleġġ superviżorju għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

(a)

l-istruttura tal-kapital tas-CCP, il-kaskata tal-inadempjenza tagħha, il-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali, is-sostitwibbiltà tal-attivitajiet tagħha u l-profil tar-riskju tas-CCP, inkluż f’termini tar-riskji finanzjarji, operazzjonali u ċibernetiċi;

(b)

l-impatt globali li jkollha l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fuq:

(i)

il-membri tal-ikklerjar, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;

(ii)

kwalunkwe FMI konnessa;

(iii)

swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP; u

(iv)

is-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe Stat Membru u l-Unjoni inġenerali;

(c)

jekk l-għodod ta’ rkupru u s-sekwenza tagħhom speċifikata mill-pjan ta’ rkupru joħolqux inċentivi xierqa għas-sidien tas-CCP u għall-membri tal-ikklerjar, u fejn possibbli għall-klijenti tagħhom, kif rilevanti, biex jikkontrollaw l-ammont ta’ riskju li huma jġibu jew jġarrbu fis-sistema, iwettqu monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP u jikkontribwixxu fil-proċess ta’ ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.