+Artikolu 10 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
---+Artikolu 10 8
---+Artikolu 10 9
---+Artikolu 10 10
---+Artikolu 10 11
---+Artikolu 10 12
|
Artikolu 10 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Is-CCPs għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kull pjan lill-kulleġġ superviżorju u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-pjan ta’ rkupru u tivvaluta l-punt sa fejn huwa jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9 fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-pjan u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Meta jivvalutaw il-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti u l-kulleġġ superviżorju għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
|
(a)
|
l-istruttura tal-kapital tas-CCP, il-kaskata tal-inadempjenza tagħha, il-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali, is-sostitwibbiltà tal-attivitajiet tagħha u l-profil tar-riskju tas-CCP, inkluż f’termini tar-riskji finanzjarji, operazzjonali u ċibernetiċi;
|
|
(b)
|
l-impatt globali li jkollha l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fuq:
|
(i)
|
il-membri tal-ikklerjar, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;
|
|
(ii)
|
kwalunkwe FMI konnessa;
|
|
(iii)
|
swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP; u
|
|
(iv)
|
is-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe Stat Membru u l-Unjoni inġenerali;
|
|
|
(c)
|
jekk l-għodod ta’ rkupru u s-sekwenza tagħhom speċifikata mill-pjan ta’ rkupru joħolqux inċentivi xierqa għas-sidien tas-CCP u għall-membri tal-ikklerjar, u fejn possibbli għall-klijenti tagħhom, kif rilevanti, biex jikkontrollaw l-ammont ta’ riskju li huma jġibu jew jġarrbu fis-sistema, iwettqu monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP u jikkontribwixxu fil-proċess ta’ ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP.
|
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Fil-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ftehimiet ta’ appoġġ tal-impriża prinċipali bħala partijiet validi mill-pjan ta’ rkupru jekk dawn il-ftehimiet ikunu kuntrattwalment vinkolanti biss.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżamina l-pjan ta’ rkupru sabiex tidentifika kwalunkwe miżura li tista’ tħalli impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP. Meta jiġu identifikati miżuri bħal dawn, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ġġibhom għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti dwar kif għandu jiġi indirizzat l-impatt negattiv ta’ dawk il-miżuri fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP, fi żmien xahrejn mit-trażmissjoni ta’ kull pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 5, hija għandha tiġġustifika b’mod sħiħ dik id-deċiżjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 10 7
|
7. Meta l-awtorità kompetenti taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew tqis f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-Artikolu 11 li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta’ rkupru jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lis-CCP u għandha tagħtiha l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha.
|
|
Artikolu 10 8
|
8. L-awtorità kompetenti, b’kont meħud tal-fehmiet tas-CCP, tista’ teżiġi li s-CCP tippreżenta, fi żmien xahrejn, li jistgħu jiġu estiżi b’xahar bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, pjan rivedut li juri kif qegħdin jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Il-pjan rivedut għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-paragrafi 2 sa 7.
|
|
Artikolu 10 9
|
9. Meta l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, tqis li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma ġewx indirizzati b’mod adegwat mill-pjan rivedut, jew meta s-CCP ma tkunx ippreżentat pjan rivedut, hija għandha teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, kif definit mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 10
|
10. Meta ma jkunx possibbli li n-nuqqasijiet jew l-impedimenti jiġu rimedjati b’mod adegwat permezz ta’ bidliet speċifiċi fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha, wara li tikkonsulta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, teżiġi li s-CCP tidentifika f’qafas ta’ żmien raġonevoli kwalunkwe bidla li għandha ssir fin-negozju tagħha sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.
Meta s-CCP tonqos milli tidentifika dawn il-bidliet fil-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew meta l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 11, tqis li l-azzjonijiet proposti ma jindirizzawx b’mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha teżiġi li s-CCP tieħu f’perijodu raġonevoli, kif definit mill-awtorità kompetenti, azzjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin, b’kont meħud tas-serjetà tan-nuqqasijiet u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tas-CCP u l-kapaċità tagħha li tibqa’ konformi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
(a)
|
li jitnaqqas il-profil tar-riskju tas-CCP;
|
|
(b)
|
li tittejjeb il-kapaċità tas-CCP li tiġi rikapitalizzata fil-ħin biex tissodisfa r-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tagħha;
|
|
(c)
|
li tirrieżamina l-istrateġija u l-istruttura tas-CCP;
|
|
(d)
|
li tagħmel bidliet fil-kaskata tal-inadempjenza, fil-miżuri ta’ rkupru u f’arranġamenti oħrajn ta’ allokazzjoni tat-telf sabiex jittejbu r-riżolvibbiltà u r-reżiljenza tal-funzjonijiet kruċjali;
|
|
(e)
|
li tagħmel bidliet fl-istruttura tal-governanza tas-CCP.
|
|
|
Artikolu 10 11
|
11. It-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 10 għandha tkun motivata u tiġi notifikata bil-miktub lis-CCP.
|
|
Artikolu 10 12
|
12. L-ESMA, f’kooperazzjoni mas-SEBĊ u mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3.
L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|