10. Meta ma jkunx possibbli li n-nuqqasijiet jew l-impedimenti jiġu rimedjati b’mod adegwat permezz ta’ bidliet speċifiċi fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha, wara li tikkonsulta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, teżiġi li s-CCP tidentifika f’qafas ta’ żmien raġonevoli kwalunkwe bidla li għandha ssir fin-negozju tagħha sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.
Meta s-CCP tonqos milli tidentifika dawn il-bidliet fil-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew meta l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 11, tqis li l-azzjonijiet proposti ma jindirizzawx b’mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha teżiġi li s-CCP tieħu f’perijodu raġonevoli, kif definit mill-awtorità kompetenti, azzjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin, b’kont meħud tas-serjetà tan-nuqqasijiet u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tas-CCP u l-kapaċità tagħha li tibqa’ konformi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
(a)
|
li jitnaqqas il-profil tar-riskju tas-CCP;
|
|
(b)
|
li tittejjeb il-kapaċità tas-CCP li tiġi rikapitalizzata fil-ħin biex tissodisfa r-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tagħha;
|
|
(c)
|
li tirrieżamina l-istrateġija u l-istruttura tas-CCP;
|
|
(d)
|
li tagħmel bidliet fil-kaskata tal-inadempjenza, fil-miżuri ta’ rkupru u f’arranġamenti oħrajn ta’ allokazzjoni tat-telf sabiex jittejbu r-riżolvibbiltà u r-reżiljenza tal-funzjonijiet kruċjali;
|
|
(e)
|
li tagħmel bidliet fl-istruttura tal-governanza tas-CCP.
|