12. L-ESMA, f’kooperazzjoni mas-SEBĊ u mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3.
L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.