4. Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru, il-kulleġġ ikun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil- paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li tqis il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika bil-miktub dik id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ.