+Artikolu 11 Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ rkupru
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
|
Artikolu 11 Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-kulleġġ superviżorju għandu jeżamina l-pjan ta’ rkupru u, fejn xi membru tal-kulleġġ iqis li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta’ rkupru jew xi impediment materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, dak il-membru għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tas-CCP fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet fi żmien xahrejn mit-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-kulleġġ superviżorju għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru;
|
|
(b)
|
l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(7), (8) (9) u (10).
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-kulleġġ superviżorju għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil -paragrafu 2 fi żmien erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.
L-ESMA tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti fi ħdan il-kulleġġ superviżorju, tgħin lill-kulleġġ superviżorju jieħu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru, il-kulleġġ ikun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil- paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha.
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li tqis il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika bil-miktub dik id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Meta, sa tmiem dak il-perijodu ta’ erba’ xhur, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità kompetenti għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jew l-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(10) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.
|
|
Artikolu 11 6
|
6. Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala li huwa l-fażi ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tas-CCP.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|