5. Meta, sa tmiem dak il-perijodu ta’ erba’ xhur, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità kompetenti għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jew l-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(10) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.