5. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet prudenti dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħala għodod ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u r-riżorsi li mistennija jkunu disponibbli skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP fil-mument tad-dħul f’riżoluzzjoni. Dawk is-suppożizzjonijiet prudenti għandhom jieħdu kont tas-sejbiet rilevanti tal-aħħar testijiet tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll ix-xenarji ta’ kundizzjonijiet estremi tas-suq lil hinn minn dawk fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP.