+Artikolu 12 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8
---+Artikolu 12 9
|
Artikolu 12 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni għas-CCP f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu meta s-CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-inqas għandu jqis dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-falliment tas-CCP, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ instabbilità finanzjarja usa’ jew eventi fis-sistema kollha, minħabba wieħed minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:
|
(i)
|
eventi ta’ inadempjenza u
|
|
(ii)
|
eventi mhux ta’ inadempjenza;,
|
|
|
(b)
|
l-impatt li jkollha l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni fuq:
|
(i)
|
il-membri tal-ikklerjar, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs u dawk li x’aktarx li jiġu soġġetti għall-miżuri ta’ rkupru jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2014/59/UE;
|
|
(ii)
|
kwalunkwe FMI konnessa;
|
|
(iii)
|
swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP; u
|
|
(iv)
|
is-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru jew fl-Unjoni kollha kemm hi, u, sa fejn ikun possibbli, f’pajjiżi terzi fejn tipprovdi s-servizzi;
|
|
|
(c)
|
il-mod u ċ-ċirkostanzi li taħthom CCP tista’ tapplika għall-użu tal-faċilitajiet tal-bank ċentrali pprovduti skont termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax standard, u l-identifikazzjoni tal-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.
|
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;
|
|
(b)
|
assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali;
|
|
(c)
|
assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax mhux standard.
|
|
|
Artikolu 12 5
|
5. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet prudenti dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħala għodod ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u r-riżorsi li mistennija jkunu disponibbli skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP fil-mument tad-dħul f’riżoluzzjoni. Dawk is-suppożizzjonijiet prudenti għandhom jieħdu kont tas-sejbiet rilevanti tal-aħħar testijiet tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll ix-xenarji ta’ kundizzjonijiet estremi tas-suq lil hinn minn dawk fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP.
|
|
Artikolu 12 6
|
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u f’koordinazzjoni mal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 14, tirrevedi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u fejn xieraq taġġornahom, mill-inqas kull sena u fi kwalunkwe każ wara bidliet fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew kwalunkwe bidla oħra li taffettwa b’mod materjali l-effettività tal-pjan.
Is-CCP u l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe bidla bħal din.
|
|
Artikolu 12 7
|
7. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi u x-xenarji differenti għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Huwa għandu jiddistingwi b’mod ċar, partikularment permezz ta’ xenarji differenti, bejn falliment ikkawżat minn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza, u taħlita tat-tnejn, kif ukoll bejn tipi differenti ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin, ikkwantifikati, kull meta xieraq u possibbli:
|
(a)
|
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan li jagħmel distinzjoni bejn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza u taħlita tat-tnejn;
|
|
(b)
|
sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP li seħħew minn mindu ġie aġġornat l-aħħar il-pjan ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonijiet kruċjali tas-CCP jistgħux jiġu separati legalment u ekonomikament, sa fejn neċessarju, mill-funzjonijiet oħrajn tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tagħha fir-riżoluzzjoni tas-CCP;
|
|
(d)
|
stima tal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan, inkluż ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 16 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet u l-assi kritiċi tas-CCP;
|
|
(h)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13 tkun aġġornata u disponibbli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f’kull ħin;
|
|
(i)
|
spjegazzjoni dwar kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr is-suppożizzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 4;
|
|
(j)
|
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien relatati magħhom;
|
|
(k)
|
deskrizzjoni ta’ interdipendenzi kritiċi bejn is-CCP u parteċipanti oħrajn fis-suq u bejn is-CCP u fornituri ta’ servizzi kritiċi, arranġamenti ta’ interoperabbiltà u rabtiet ma’ FMIs oħrajn, kif ukoll modi biex jiġu indirizzati dawk l-interdipendenzi kollha;
|
|
(l)
|
deskrizzjoni tal-interdipendenzi intragrupp kritiċi kif ukoll modi kif dawn jiġu indirizzati;
|
|
(m)
|
deskrizzjoni tal-għażliet differenti sabiex jiġi żgurat:
|
(i)
|
l-aċċess għal servizzi ta’ kklerjar u pagamenti u infrastrutturi oħrajn;
|
|
(ii)
|
is-saldu fil-ħin tal-obbligi dovuti lill-membri tal-ikklerjar u, meta applikabbli, il-klijenti tagħhom u kwalunkwe FMIs marbuta;
|
|
(iii)
|
l-aċċess tal-membri tal-ikklerjar, u, meta applikabbli, tal-klijenti tagħhom fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus iddepożitati għand is-CCP u miżmuma minnha li huma dovuti lil dawn il-parteċipanti;
|
|
(iv)
|
il-kontinwità fl-operazzjonijiet tar-rabtiet bejn is-CCP u FMIs oħrajn, u bejn is-CCP u ċ-ċentri tan-negozjar;
|
|
(v)
|
il-preservazzjoni tal-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati ta’ klijenti diretti u indiretti; u
|
|
(vi)
|
il-preservazzjoni tal-liċenzji, l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti u d-deżinjazzjonijiet legali ta’ CCP fejn neċessarju għat-twettiq kontinwat tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP inkluż ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar il-finalità tas-saldu u l-parteċipazzjoni f’FMIs oħrajn jew f’ċentri tan-negozjar, jew ir-rabtiet magħhom;
|
|
|
(n)
|
deskrizzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ser tikseb l-informazzjoni neċessarja biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 24;
|
|
(o)
|
analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tas-CCP, inkluż valutazzjoni ta’ kwalunkwe spiża assoċjata, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex il-persunal jiġi kkonsultat matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, b’kont meħud tar-regoli u s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali;
|
|
(p)
|
pjan għall-komunikazzjoni mal-media u mal-pubbliku bil-għan li jkun hemm kemm jista’ jkun trasparenza;
|
|
(q)
|
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP;
|
|
(r)
|
deskrizzjoni tal-arranġamenti għan-notifika tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 72(1);
|
|
(s)
|
deskrizzjoni tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP inadempjenti mis-CCP inadempjenti għal CCP oħra jew CCP tranżitorja, filwaqt li ma jiġux affettwati r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom.
|
|
|
Artikolu 12 8
|
8. L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 7 għandha tiġi divulgata lis-CCP ikkonċernata. Is-CCP tista’ tesprimi l-opinjoni tagħha bil-miktub dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi inkluża fil-pjan.
|
|
Artikolu 12 9
|
9. Wara li tikkonsulta lill-BERS u tikkunsidra d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, u b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut tal-pjan ta’ riżoluzzjoni b’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tippermetti biżżejjed flessibbiltà biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tal-qafas legali nazzjonali tagħhom fil-qasam tal-liġi dwar l-insolvenza, kif ukoll in-natura u l-kumplessità tan-negozju tal-ikklerjar imwettaq mis-CCPs.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal- -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|