6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u f’koordinazzjoni mal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 14, tirrevedi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u fejn xieraq taġġornahom, mill-inqas kull sena u fi kwalunkwe każ wara bidliet fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew kwalunkwe bidla oħra li taffettwa b’mod materjali l-effettività tal-pjan.
Is-CCP u l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe bidla bħal din.