3. Fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi r-rapport ippreżentat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-CCP għandha tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni miżuri possibbli biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali identifikati fir-rapport. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe miżura proposta mis-CCP. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jevalwaw, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 17(1), jekk dawk il-miżuri jindirizzawx jew ineħħux b’mod effettiv dawk l-impedimenti.