+Artikolu 16 Indirizzar jew tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
---+Artikolu 16 7

Artikolu 16 Indirizzar jew tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Meta, wara l-valutazzjoni fl-Artikolu 15, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tikkonkludi li hemm impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-ESMA, għandha tħejji u tippreżenta rapport lis-CCP u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu janalizza l-impedimenti materjali għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, jikkunsidra l-impatt tagħhom fuq il-mudell tan-negozju tas-CCP u jirrakkomanda miżuri mmirati sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

Artikolu 16 2

2.   Ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 14 li l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għandu jiġi sospiż wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew sakemm jiġu deċiżi miżuri alternattivi skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16 3

3.   Fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi r-rapport ippreżentat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-CCP għandha tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni miżuri possibbli biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali identifikati fir-rapport. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe miżura proposta mis-CCP. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jevalwaw, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 17(1), jekk dawk il-miżuri jindirizzawx jew ineħħux b’mod effettiv dawk l-impedimenti.

Artikolu 16 4

4.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tikkonkludi li l-miżuri proposti minn CCP f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mhux ser inaqqsu jew ineħħu b’mod effettiv l-impedimenti identifikati fir-rapport, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika miżuri alternattivi li hija għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1).

Il-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu dan li ġej:

(a)

it-theddida għall-istabilità finanzjarja ta’ dawk l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP;

(b)

l-effett probabbli tal-miżuri alternattivi fuq:

(i)

is-CCP, inkluż il-mudell ta’ negozju u l-effiċjenza operazzjonali tagħha;

(ii)

il-membri tal-ikklirjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;

(iii)

kwalunkwe FMI konnessa;

(iv)

swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP;

(v)

is-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru jew fl-Unjoni inġenerali; u

(vi)

is-suq intern; u

(c)

l-effetti fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ kklirjar integrati għal prodotti differenti u l-proviżjonament ta’ marġini tal-portafoll fid-diversi klassijiet ta’ assi.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti u mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq mal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali maħtura rilevanti.

Artikolu 16 5

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP bil-miktub, direttament jew inkella indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, dwar il-miżuri alternattivi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiġġustifika għalfejn il-miżuri proposti mis-CCP mhux ser ikunu jistgħu jneħħu l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi ser ikunu effettivi f’dan ir-rigward.

Artikolu 16 6

6.   Is-CCP għandha tipproponi fi żmien xahar pjan biex tikkonforma mal-miżuri alternattivi, bi skeda ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni tal-pjan. Jekk jitqies neċessarju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tqassar jew testendi l-iskeda ta’ żmien proposta.

Artikolu 16 7

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’, wara li tikkonsulta lill-awtorita’ kompetenti u waqt li tippermetti perijodu ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni:

(a)

teżiġi li s-CCP tirrevedi jew tfassal ftehimiet ta’ servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma’ partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista tal-funzjonijiet kruċjali;

(b)

teżiġi li s-CCP tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati mhux koperti massimi tagħha;

(c)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-mod kif hija tiġbor u żżomm marġini skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-kompożizzjoni u fl-għadd ta’ fondi ta’ inadempjenza tagħha msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)

timponi fuq is-CCP rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali regolari jew speċifika;

(f)

teżiġi li s-CCP teħles minn assi speċifiċi;

(g)

teżiġi li s-CCP tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(h)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-pjan ta’ rkupru, fir-regoli operattivi u arranġamenti kuntrattwali oħrajn tagħha;

(i)

tirrestrinġi jew timpedixxi l-iżvilupp ta’ linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew il-provvediment ta’ servizzi ġodda jew eżistenti;

(j)

teżiġi li jsiru bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tas-CCP, jew ta’ kwalunkwe entità fi grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex ikun żgurat li l-funzjonijiet kruċjali jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u b’mod operattiv minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(k)

teżiġi li s-CCP iżżomm is-servizzi ta’ kklerjar differenti tagħha separati fil-livell operazzjonali u dak finanzjarju sabiex tiżola xi klassijiet ta’ assi speċifiċi minn klassijiet ta’ assi oħra u fejn jitqies xieraq, biex tillimita s-settijiet tat-totaliżżar li jkopru klassijiet ta’ assi differenti;

(l)

teżiġi li s-CCP tistabbilixxi kumpannija prinċipali fl-Unjoni;

(m)

teżiġi li s-CCP toħroġ obbligazzjonijiet li jista’ jitnaqqsilhom il-valur u jiġu kkonvertiti jew twarrab riżorsi finanzjarji oħrajn biex iżżid il-kapaċità għall-assorbiment tat-telf, ir-rikapitalizzazzjoni u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati;

(n)

teżiġi li s-CCP tieħu passi oħrajn bil-għan li tippermetti li l-kapital, obbligazzjonijiet u kuntratti oħrajn ikunu jistgħu jassorbu t-telf, li s-CCP tiġi rikapitalizzata jew li r-riżorsi prefinanzjati jiġu rikostitwiti. L-azzjonijiet ikkunsidrati jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, tentattiv sabiex tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni li tkun ħarġet is-CCP jew tirrevedi t-termini kuntrattwali, bil-għan li tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tnaqqas il-valur, tikkonverti jew tirristruttura l-obbligazzjoni, l-istrument jew il-kuntratt tiġi effettwata skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;

(o)

meta s-CCP tkun kumpannija sussidjarja, tikkoordina mal-awtoritajiet rilevanti bil-għan li titlob lill-impriża prinċipali twaqqaf kumpannija azzjonarja separata sabiex tikkontrolla lis-CCP, meta dik il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tas-CCP u jiġu evitati l-effetti negattivi li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni jista’ jkollhom fuq entitajiet oħrajn tal-grupp;

(p)

tillimita jew tipprojbixxi konnessjonijiet ta’ interoperabilità tas-CCP meta din il-limitazzjoni jew projbizzjoni tkun neċessarja sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.