+Artikolu 17 Proċedura ta’ koordinazzjoni għat-trattament jew it-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7
---+Artikolu 17 8

Artikolu 17 Proċedura ta’ koordinazzjoni għat-trattament jew it-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward ta’:

(a)

l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15(1);

(b)

il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mis-CCP skont l-Artikolu 16(3), kif neċessarju;

(c)

il-miżuri alternattivi meħtieġa skont l-Artikolu 16(4).

Artikolu 17 2

2.   Id-deċiżjoni konġunta dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 16(1) lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 17 3

3.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mis-sottomissjoni tal-miżuri proposti tas-CCP sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 16(3).

Artikolu 17 4

4.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mill-komunikazzjoni tal-miżuri alternattivi lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(4).

Artikolu 17 5

5.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu motivati u nnotifikati bil-miktub mill-awtorità tar-riżoluzzjoni lis-CCP u, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tqis rilevanti, lill-impriża prinċipali tagħha.

Artikolu 17 6

6.   L-ESMA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, tgħin lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jaqbel dwar deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17 7

7.   Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport previst fl-Artikolu 16(1), il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jadotta deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 16(5). L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-miktub.

Artikolu 17 8

8.   Meta, sa tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni msemmija fil-punt (j), (l) jew (o) tal-Artikolu 16(7) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.