7. Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport previst fl-Artikolu 16(1), il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jadotta deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 16(5). L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur.
L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-miktub.