4. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 biss meta dik il-miżura tkun fl-interess pubbliku u neċessarja biex jintlaħaq kwalunkwe objettiv minn dawn:
|
(a)
|
li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;
|
|
(b)
|
li tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP u l-aċċess fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja;
|
|
(c)
|
li tinżamm u tiġi restawrata r-reżiljenza finanzjarja tas-CCP.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 b’rabta ma’ miżuri li jinvolvu t-trasferiment ta’ proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ CCP oħra.