6. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tikkonsulta lill-kulleġġ superviżorju dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Wara dawk in-notifiki u l-konsultazzjoni tal-kulleġġ superviżorju, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk hija għandhiex tapplika xi waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu lill-kulleġġ superviżorju, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-ESMA.