+Artikolu 21 Objettivi tar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
|
Artikolu 21 Objettivi tar-riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Meta tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-objettivi ta’ riżoluzzjoni kollha li ġejjin, li huma sinifikanti indaqs u għandha tibbilanċjahom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ:
|
(a)
|
l-iżgurar tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, b’mod partikolari:
|
(i)
|
is-saldu f’waqtu tal-obbligi tas-CCP lill-membri tal-ikklirjar tagħha u, fejn applikabbli, lill-klijenti tagħhom;
|
|
(ii)
|
aċċess kontinwu tal-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-klijenti tagħhom għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għall-kollateral fil-forma ta’ assi finanzjarji miżmuma mis-CCP;
|
|
|
(b)
|
l-iżgurar tal-kontinwità tal-konnessjonijiet ma’ FMIs oħrajn li, jekk jiġu interrotti, ikollhom impatt negattiv materjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll it-tlestija fil-ħin tal-funzjonijiet ta’ ħlas, ikklirjar, saldu u żamma ta’ rekords;
|
|
(c)
|
sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kontaġju ta’ diffikultà finanzjarja għall-membri tal-ikklirjar tas-CCP, għall-klijenti tagħhom jew għas-sistema finanzjarja usa’, inkluż FMIs oħra u billi tinżamm id-dixxiplina fis-swieq u l-fiduċja tal-pubbliku; u
|
|
(d)
|
il-protezzjoni tal-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kif ukoll ir-riskju potenzjali ta’ telf għall-kontribwenti.
|
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tfittex li timminimizza l-ispiża tar-riżoluzzjoni fuq il-partijiet ikkonċernati kollha affettwati u tevita l-qerda tal-valur tas-CCP, dment li dik il-qerda ma tkunx neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta’ riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|