+Artikolu 22 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6

Artikolu 22 Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ CCP, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx li tfalli kif determinat minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(ii)

mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-għodod neċessarji biex tasal għal dik il-konklużjoni;

(b)

ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva fis-settur privat, inkluż il-pjan ta’ rkupru tas-CCP jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn, jew azzjoni ta’ superviżjoni inkluż il-miżuri ta’ intervent bikri meħuda, jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP f’limitu ta’ żmien raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti;

(c)

azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku biex jinkisbu, u fl-istess waqt tkun proporzjonata għal, wieħed jew aktar mill-objettivi ta’ riżoluzzjoni, u l-istralċ tas-CCP skont proċeduri ta’ insolvenza normali ma jkunx jissodisfa dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni bl-istess mod.

Artikolu 22 2

2.   Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fuq inizjattiva proprja u mingħajr dewmien bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tagħti indikazzjoni li s-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 22 3

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, CCP għandha titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli f’waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-CCP tikser, jew x’aktarx tikser, ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tipprovdi funzjoni kruċjali;

(c)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tirrestawra l-vijabilità tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru tagħha;

(d)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tħallas id-djun jew obbligazzjonijiet tagħha oħrajn hekk kif isiru dovuti;

(e)

is-CCP teħtieġ appoġġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

Artikolu 22 4

4.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 3, l-għajnuna finanzjarja pubblika ma għandhiex titqies għajnuna finanzjarja pubblika meta tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

hija ppreżentata fil-forma ta’ garanzija mill-Istat biex tiggarantixxi faċilitajiet tal-likwidità provduti minn bank ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-bank ċentrali, jew fil-forma ta’ garanzija mill-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;

(b)

il-garanziji mill-Istat imsemmija f’punt (a) ta’ dan il-paragrafu huma meħtieġa biex jirrimedjaw tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja; u

(c)

il-garanziji mill-Istat imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu huma limitati għal CCPs solventi, bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali skont il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u li jkunu ta’ natura prekawzjonarja u temporanja, proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ tfixkil serju msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u li ma jintużawx biex ipaċu telf li s-CCP tkun ġarrbet jew x’aktarx iġġarrab fil-futur.

Artikolu 22 5

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu wkoll azzjoni ta’ riżoluzzjoni meta hija tqis li s-CCP tkun applikat jew beħsiebha tapplika miżuri ta’ rkupru li jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP, iżda jikkawżaw effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

Artikolu 22 6

6.   L-ESMA għandha toħroġ linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom CCP titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli sat-12 ta’ Frar 2022, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, in-natura, u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti mis-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.