6. L-ESMA għandha toħroġ linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom CCP titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli sat-12 ta’ Frar 2022, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, in-natura, u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti mis-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.
Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE.