3. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi ebda forniment potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, ebda assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali u ebda assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard lis-CCP minn dak il-ħin li fih tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-irkupru potenzjali ta’ kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba mis-CCP taħt riżoluzzjoni b’konformità mal-Artikolu 27(10).