+Artikolu 25 Rekwiżiti għall-valwazzjoni
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
|
Artikolu 25 Rekwiżiti għall-valwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 jitwettqu:
|
(a)
|
minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mis-CCP; jew
|
|
(b)
|
mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi ebda forniment potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, ebda assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali u ebda assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard lis-CCP minn dak il-ħin li fih tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-irkupru potenzjali ta’ kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba mis-CCP taħt riżoluzzjoni b’konformità mal-Artikolu 27(10).
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Valwazzjoni definittiva għandha tkun supplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mis-CCP:
|
(a)
|
karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP, inklużi r-riżorsi prefinanzjati disponibbli li jifdal u l-impenji finanzjarji pendenti;
|
|
(b)
|
ir-reġistri tal-kuntratti kklerjati msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u
|
|
(c)
|
kwalunkwe informazzjoni dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tagħha, inklużi l-pretensjonijiet rilevanti u l-obbligi pendenti dovuti jew debiti lis-CCP.
|
|
|
Artikolu 25 5
|
5. Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f’konformità mal-livelli ta’ prijorità skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza. Hija għandha tinkludi wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi fl-applikazzjoni tal-prinċipju speċifikat fil-punt (e) tal-Artikolu 23(1).
L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61.
|
|
Artikolu 25 6
|
6. L-ESMA, wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(14) u (15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:
|
(a)
|
iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
il-metodoloġija għall-ivvalutar tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP; u
|
|
(c)
|
is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 24 u 61 ta’ dan ir-Regolament.
|
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal- -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|