2. Meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni abbażi ta’ valwazzjoni proviżorja, huma għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva hekk kif ikun prattiku.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:
|
(a)
|
tippermetti r-rikonoxximent sħiħ ta’ kwalunkwe telf tas-CCP fil-kotba tagħha;
|
|
(b)
|
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni bil-għan li jitnaqqsu l-pretensjonijiet tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas f’konformità mal-paragrafu 3.
|