7. Meta tiġi applikata waħda mill-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern.
Meta l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni minbarra l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni twassal biex it-telf finanzjarju jinġarr mill-membri tal-ikklirjar, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħrajn immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ sekwenza differenti ma timminimizzax id-devjazzjonijiet mill-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” stabbilit fl-Artikolu 60 u jinkisbu aħjar l-objettivi ta’ riżoluzzjoni.