+Artikolu 27 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4
---+Artikolu 27 5
---+Artikolu 27 6
---+Artikolu 27 7
---+Artikolu 27 8
---+Artikolu 27 9
---+Artikolu 27 10
---+Artikolu 27 11
|
Artikolu 27 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1
|
1. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 billi japplikaw kwalunkwe waħda mill-għodod ta’ riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni:
|
(a)
|
l-għodod tal-pożizzjonar u l-allokazzjoni tat-telf;
|
|
(b)
|
l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u l-għodda ta’ konverżjoni;
|
|
(c)
|
l-għodda għall-bejgħ ta’ negozju;
|
|
(d)
|
l-għodda tas-CCP tranżitorja.
|
|
|
Artikolu 27 2
|
2. Fil-każ ta’ kriżi sistemika, Stat Membru jista’ bħala l-aħħar istanza jipprovdi appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju billi japplika l-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern f’konformità mal-Artikoli 45, 46 u 47 bil-kondizzjoni ta’ approvazzjoni minn qabel u finali skont il-qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u fejn jiġu previsti arranġamenti kredibbli għall-irkupru f’waqtu u komprensiv tal-fondi f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27 3
|
3. Qabel jiġu applikati l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforza:
|
(a)
|
kwalunkwe dritt eżistenti u pendenti tas-CCP, inkluż kwalunkwe obbligu kuntrattwali mill-membri tal-ikklirjar sabiex jissodisfaw sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni, sabiex jipprovdu riżorsi addizzjonali lis-CCP jew sabiex jieħdu l-pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar inadempjenti, kemm jekk permezz ta’ rkant kif ukoll jekk b’mezzi oħrajn maqbula fir-regoli operattivi tas-CCP;
|
|
(b)
|
kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja lil partijiet oħrajn għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta’ appoġġ finanzjarju.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza parzjalment l-obbligi kuntrattwali msemmija fil-punti (a) u (b), fejn ma jkunx possibbli li dawk l-obbligi kuntrattwali jiġu infurzati b’mod sħiħ fi żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 27 4
|
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ toqgħod lura milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti rilevanti parzjalment jew b’mod sħiħ sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew il-kontaġju mifrux, jew meta l-applikazzjoni tal-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 tkun aktar xierqa sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin.
|
|
Artikolu 27 5
|
5. F’każ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni żżomm lura parzjalment jew kompletament milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza l-obbligi pendenti fi żmien 18-il xahar wara li s-CCP titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet biex wieħed joqgħod lura milli jinforza dawk l-obbligi. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-membru tal-ikklirjar u lill-parti l-oħra minn tlieta sa sitt xhur qabel ma tinforza l-obbligu li jkun fadal. Ir-rikavati mill-obbligi pendenti infurzati għandhom jintużaw biex jiġi rkuprat l-użu ta’ fondi pubbliċi.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar affettwati u kwalunkwe parti oħra kkawżata minn obbligi eżistenti u pendenti, tiddetermina jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi eżistenti u pendenti ma baqgħux jeżistu u jekk tinforzax l-obbligi pendenti. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddevja mill-fehmiet espressi mill-awtoritajiet ikkonsultati, hija għandha tipprovdi ir-raġunijiet debitament ġustifikati bil-miktub għal dan.
Ir-rekwiżit li jiġu ssodisfati l-obbligi li jifdal fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dan il-paragrafu għandu jiġi inkluż fir-regoli tas-CCP u f’arranġamenti kuntrattwali oħrajn.
|
|
Artikolu 27 6
|
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob is-CCP tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għat-telf tagħhom li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ għodod għall-allokazzjoni tat-telf, fejn dak it-telf ikun ogħla mit-telf li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu jġorr taħt l-obbligi tagħhom skont ir-regoli operattivi tas-CCP, dment li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62.
Il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jieħu l-forma ta’ strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP.
L-ammont ta’ strumenti maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat għandu jkun proporzjonat għat-telf eċċessiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Huwa għandu jqis kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti tal-membri tal-ikklirjar lejn is-CCP u għandu jitnaqqas minn kwalunkwe dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62.
L-ammont ta’ strumenti għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 24(3).
|
|
Artikolu 27 7
|
7. Meta tiġi applikata waħda mill-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern.
Meta l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni minbarra l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni twassal biex it-telf finanzjarju jinġarr mill-membri tal-ikklirjar, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħrajn immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ sekwenza differenti ma timminimizzax id-devjazzjonijiet mill-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” stabbilit fl-Artikolu 60 u jinkisbu aħjar l-objettivi ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 27 8
|
8. Meta jiġu applikati biss l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u parti biss mill-assi, mid-drittijiet, mill-obbligi jew mill-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti b’konformità mal-Artikoli 40 u 42, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi stralċjata b’konformità mal-proċedimenti normali ta’ insolvenza.
|
|
Artikolu 27 9
|
9. Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-atti legali detrimentali għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għat-trasferimenti ta’ assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet minn CCP, li fir-rigward tagħhom jiġu applikati għodod ta’ riżoluzzjoni jew għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.
|
|
Artikolu 27 10
|
10. L-Istati Membri għandhom jirkupraw fuq perijodu xieraq kwalunkwe fond pubbliku użat bħala għodda ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern imsemmija fit-Taqsima 7 ta’ dan il-Kapitolu u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba minnhom b’rabta mal-applikazzjoni tal-għodod jew tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Dak l-irkupru għandu fost l-oħrajn jiġi:
|
(a)
|
mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut, inkluż kwalunkwe pretensjoni tiegħu kontra membri tal-ikklirjar inadempjenti;
|
|
(b)
|
kwalunkwe korrispettiv imħallas mix-xerrej lis-CCP, bħala kreditur ippreferut qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(4), fejn ġiet applikata l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju;
|
|
(c)
|
kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur preferut qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 42(5);
|
|
(d)
|
kwalunkwe rikavat iġġenerat mill-applikazzjoni tal-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità msemmija fl-Artikolu 46 u l-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja msemmija fl-Artikolu 47, inkluż ir-rikavat iġġenerat mill-bejgħ tagħhom.
|
|
|
Artikolu 27 11
|
11. Meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 25, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat, l-allokazzjoni sħiħa tat-telf, ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.
L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, sal-punt li jkunu biżżejjed biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-kapaċità tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja li tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli twettaq il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, b’kont meħud tar-regoli operattivi tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.
Minkejja l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod msemmija fl-Artikoli 30 u 31 biex jirrikapitalizzaw is-CCP.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|