+Artikolu 30 Tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6

Artikolu 30 Tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-obbligi tas-CCP li tħallas lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti meta dawk l-obbligi jkunu ġejjin minn qligħ dovut f’konformità mal-proċessi tas-CCP għall-pagament tal-marġini ta’ varjazzjoni jew pagament li jkollu l-istess effett ekonomiku.

Artikolu 30 2

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tikkalkula kwalunkwe tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-użu ta’ mekkaniżmu ekwitabbli ta’ allokazzjoni kif iddeterminat fil-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3) u kkomunikata lill-membri tal-ikklirjar hekk malli tiġi applikata l-għodda ta’ riżoluzzjoni. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw l-applikazzjoni ta’ tali għodda lill-klijenti tagħhom u l-mod kif din l-applikazzjoni taffettwahom. Il-qligħ nett totali, li għandu jitnaqqas għal kull membru tal-ikklirjar, għandu jkun proporzjonali għall-ammonti dovuti mis-CCP.

Artikolu 30 3

3.   It-tnaqqis fil-valur tal-qligħ pagabbli għandu jidħol fis-seħħ u għandu jorbot minnufih lis-CCP u lill-membri tal-ikklirjar affettwati mill-mument li fih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 30 4

4.   Membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandu jkollu ebda pretensjoni fi kwalunkwe proċedimenti sussegwenti kontra s-CCP, jew kontra entità suċċessur tagħha, li jirriżulta mit-tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni milli jeżiġu li s-CCP tagħti rimborż lill-membri tal-ikklerjar, meta l-livell ta’ tnaqqis ibbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja msemmija fl-Artikolu 26(1) jinstab li jaqbeż il-livell ta’ tnaqqis meħtieġ ibbażat fuq il-valwazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 30 5

5.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tnaqqas biss parzjalment il-valur tal-qligħ pagabbli, l-ammont pagabbli residwu li jibqa’ għandu xorta jkun dovut lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

Artikolu 30 6

6.   Is-CCP għandha tinkludi fir-regoli operattivi tagħha r-referenza għas-setgħa li jitnaqqsu l-obbligi ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien ma’ kwalunkwe arranġament simili previst f’dawk ir-regoli operattivi fl-istadju ta’ rkupru u għandha tiżgura li jiġu konklużi arranġamenti kuntrattwali sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.