4. Membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandu jkollu ebda pretensjoni fi kwalunkwe proċedimenti sussegwenti kontra s-CCP, jew kontra entità suċċessur tagħha, li jirriżulta mit-tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni milli jeżiġu li s-CCP tagħti rimborż lill-membri tal-ikklerjar, meta l-livell ta’ tnaqqis ibbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja msemmija fl-Artikolu 26(1) jinstab li jaqbeż il-livell ta’ tnaqqis meħtieġ ibbażat fuq il-valwazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).