2. Qabel tnaqqas jew tikkonverti l-ammont prinċipali tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tnaqqas l-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda b’mod proporzjonali għat-telf u sal-valur sħiħ tagħhom, fejn ikun meħtieġ.
Meta, f’konformità mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3), is-CCP iżżomm valur nett pożittiv wara t-tnaqqis tal-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkanċella jew tnaqqas, skont kif ikun il-każ, dawk l-istrumenti ta’ sjieda.