+Artikolu 33 Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6
---+Artikolu 33 7
---+Artikolu 33 8

Artikolu 33 Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapplika l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet applikabbli fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Artikolu 33 2

2.   Qabel tnaqqas jew tikkonverti l-ammont prinċipali tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tnaqqas l-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda b’mod proporzjonali għat-telf u sal-valur sħiħ tagħhom, fejn ikun meħtieġ.

Meta, f’konformità mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3), is-CCP iżżomm valur nett pożittiv wara t-tnaqqis tal-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkanċella jew tnaqqas, skont kif ikun il-każ, dawk l-istrumenti ta’ sjieda.

Artikolu 33 3

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tnaqqas jew tikkonverti, jew saħansitra tnaqqas u tikkonverti, l-ammont prinċipali ta’ strumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u sal-valur sħiħ ta’ dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 33 4

4.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tapplika l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet lejn l-impjegati, fir-rigward tas-salarju, il-benefiċċji tal-pensjoni jew rimunerazzjoni fissa oħra, ħlief għal kwalunkwe komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni li mhuwiex irregolat bi ftehim ta’ negozjar kollettiv;

(b)

obbligazzjonijiet lejn kredituri kummerċjali jew tan-negozju, li jirriżultaw mill-forniment lis-CCP ta’ prodotti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-istabbilimenti;

(c)

obbligazzjonijiet lejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux obbligazzjonijiet ippreferuti skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(d)

obbligazzjonijiet dovuti lil sistemi jew operaturi ta’ sistemi magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE, lill-parteċipanti sakemm l-obbligazzjonijiet jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’tali sistemi, lil CCPs oħra, u lil banek ċentrali;

(e)

marġini inizjali.

Artikolu 33 5

5.   Meta l-ammont nominali ta’ strument ta’ sjieda jew l-ammont prinċipali ta’ strument ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra jitnaqqas, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak it-tnaqqis għandu jkun permanenti;

(b)

id-detentur tal-istrument ma għandu jkollu ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ dak it-tnaqqis, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li tista’ tinħoloq bħala riżultat ta’ appell li jikkontesta l-legalità ta’ dak it-tnaqqis, kwalunkwe pretensjoni bbażata fuq sjieda maħruġa jew trasferita skont l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, jew kwalunkwe pretensjoni għal pagament f’konformità mal-Artikolu 62; u

(c)

meta dak it-tnaqqis ikun biss parzjali, il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont residwu soġġett għal kwalunkwe emenda meħtieġa tat-termini ta’ dak il-ftehim minħabba t-tnaqqis.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni milli japplikaw mekkaniżmu ta’ valwazzjoni pożittiva biex jirrimborżaw lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra u mbagħad lid-detenturi ta’ istrumenti ta’ sjieda, meta l-livell tal-valwazzjoni negattiva applikata abbażi tal-valutazzjoni proviżorja msemmija fl-Artikolu 26(1) jinstab li jeċċedi l-ammonti meħtieġa abbażi ta l-valutazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 33 6

6.   Meta tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP biex toħroġ jew tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra.

Artikolu 33 7

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonverti biss l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ta’ sjieda jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda mis-CCP għall-finijiet tal-provvediment ta’ fondi proprji mill-Istat jew minn entità tal-gvern;

(b)

ir-rata tal-konverżjoni tirrappreżenta kumpens xieraq lid-detenturi tad-dejn affettwati għal kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, skont it-trattament tagħhom taħt il-proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Wara kwalunkwe konverżjoni ta’ strumenti ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra fi strumenti ta’ sjieda, dawn tal-aħħar għandhom jiġu sottoskritti jew ittrasferiti mingħajr dewmien wara l-konverżjoni.

Artikolu 33 8

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura, fil-kuntest tat-tfassil u ż-żamma tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u bħala parti mis-setgħat sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCP, li f’kull mument is-CCP tkun tista’ toħroġ l-għadd meħtieġ ta’ strumenti ta’ sjieda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.