1. Is-CCPs għandhom, fi żmien xahar wara l-applikazzjoni tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 32, jagħmlu rieżami tal-kawżi li wasslu għall-falliment tagħhom u jissottomettuh lill-awtorità tar-riżoluzzjoni flimkien ma’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju b’konformità mal-Artikolu 37. Meta l-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat ikun applikabbli, dak il-pjan, inkluż wara kwalunkwe emenda skont l-Artikolu 38 u kif implimentat skont l-Artikolu 39, għandu jkun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturar li s-CCP hija meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dak il-qafas.
Fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa massimu ta’ xahrejn.