6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, bil-kunsens tal-akkwirent, tittrasferixxi l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lill-akkwirent lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom.
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew strumenti ta’ sjieda.