+Artikolu 40 Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
---+Artikolu 40 5
---+Artikolu 40 6
---+Artikolu 40 7
---+Artikolu 40 8
---+Artikolu 40 9
---+Artikolu 40 10
---+Artikolu 40 11
---+Artikolu 40 12

Artikolu 40 Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi dawn li ġejjin lil akkwirent li ma jkunx CCP tranżitorja:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni ta’ CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP jew ta’ kwalunkwe parti terza minbarra l-akkwirent u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli ħlief għal dawk previsti fl-Artikolu 41.

Artikolu 40 2

2.   Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u b’konformità mal-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex tikseb termini kummerċjali li jikkonformaw mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

Artikolu 40 3

3.   Soġġett għall-Artikolu 27(10), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-akkwirent għandu jibbenefika:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta’ sjieda, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mid-detenturi ta’ dawk l-istrumenti lill-akkwirent;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew parti minnhom, lill-akkwirent;

(c)

kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni waqt riżoluzzjoni, b’mod proporzjonat għat-telf tagħhom waqt riżoluzzjoni.

Artikolu 40 4

4.   L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni imħallsa mill-akkwirent f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq kif ġej:

(a)

malli jseħħ avveniment kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie impost it-telf permezz tal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP; jew

(b)

malli jseħħ avveniment mhux kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie allokat it-telf f’konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli tas-CCP.

L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li jkun għad fadal għandha mbagħad titwettaq skont il-prijorità tat-talbiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

Artikolu 40 5

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP jew, skont kif jista’ jkun il-każ, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP.

Artikolu 40 6

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, bil-kunsens tal-akkwirent, tittrasferixxi l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lill-akkwirent lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew strumenti ta’ sjieda.

Artikolu 40 7

7.   Kwalunkwe trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni.

Meta l-akkwirent ma jkunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha twettaq valutazzjoni xierqa ta’ diliġenza dovuta tal-akkwirent u tiżgura li l-akkwirent ikollu l-kapaċità professjonali u teknika li jwettaq il-funzjonijiet tas-CCP akkwistata u li japplika għal awtorizzazzjoni hekk kif ikun prattiku u, sa mhux aktar tard minn xahar mill-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe tali applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata fil-pront.

Artikolu 40 8

8.   Meta t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta’ jew fiż-żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu f’perijodu li la jdewwem l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ ta’ negozju u lanqas jipprevjeni lill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta’ riżoluzzjoni rilevanti.

Artikolu 40 9

9.   Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 sad-data li fiha l-istrumenti ta’ sjieda jiġu ittrasferiti, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda għandu jkollu effett legali immedjat mid-data li fiha jiġu ttrasferiti;

(b)

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst fil-punt (f), ta’ dan il-paragrafu id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbuta ma’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità tar-riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċitahom u, sakemm l-att jew l-ommissjoni ma timplikax negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja, li ma għandhiex tkun responsabbli sabiex teżerċita jew iżżomm milli jiġu eżerċitati tali drittijiet;

(c)

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe penali prevista fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew miżuri għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew id-disponimenti ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx japplikaw għal dak it-trasferiment;

(d)

l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub bir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha b’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minnufih wara li tlesti l-valutazzjoni tagħha;

(e)

meta l-awtorità kompetenti ma topponix għat-trasferiment, id-drittijiet tal-vot marbuta ma’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jitqiesu bħala li huma vestiti b’mod sħiħ fl-akkwirent min-notifika msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(f)

meta l-awtorità kompetenti topponi t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, il-punt (b) għandu jkompli japplika u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, wara li tieħu inkonsiderazzjoni l-kondizzjonijiet tas-suq, tistabbilixxi perijodu ta’ ċessjoni li matulu l-akkwirent għandu jiddivesti tali strumenti ta’ sjieda.

Artikolu 40 10

10.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tiegħu li jipprovdi servizzi b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u jista’ jkompli jeżerċita kwalunkwe dritt bħal dan li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 40 11

11.   L-akkwirent imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jitwaqqaf milli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u milli jikseb aċċess għas-sistemi tas-saldu u tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra dment li l-akkwirent jissodisfa l-kriterji għas-sħubija jew għall-parteċipazzjoni f’dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew iċ-ċentri tan-negozjar.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-akkwirent ma għandux jiġi mċaħħad mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra fuq il-bażi li l-akkwirent ma jkunx jippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li dik il-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew ċentri ta’ negozjar.

Meta l-akkwirent ma jissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa jkun jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u jikseb aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi u ċ-ċentri tan-negozjar l-oħra għall-perijodu speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dak il-perijodu ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

Artikolu 40 12

12.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni, kif ukoll partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti, ma għandux ikollhom drittijiet fuq, jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.