5. L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni mħallsa mis-CCP tranżitorja f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq kif ġej:
|
(a)
|
malli jseħħ avveniment kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie impost it-telf permezz tal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP; jew
|
|
(b)
|
malli jseħħ avveniment mhux kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie allokat it-telf f’konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli tas-CCP.
|
L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li jkun għad fadal għandha titwettaq skont il-prijorità tat-talbiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.