+Artikolu 42 Għodda tas-CCP tranżitorja
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4
---+Artikolu 42 5
---+Artikolu 42 6
---+Artikolu 42 7
---+Artikolu 42 8
---+Artikolu 42 9
---+Artikolu 42 10
---+Artikolu 42 11
---+Artikolu 42 12
---+Artikolu 42 13
---+Artikolu 42 14

Artikolu 42 Għodda tas-CCP tranżitorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi għand CCP tranżitorja dawn li ġejjin:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra s-CCP tranżitorja u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżiti proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli minbarra dawk previsti fl-Artikolu 43.

Artikolu 42 2

2.   Is-CCP tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li:

(a)

tkun ikkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tkun totalment jew parzjalment proprjetà ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni; u

(b)

tkun stabbilita jew tintuża għall-iskop li tirċievi u żżomm l-istrumenti ta’ sjieda kollha, jew uħud minnhom, maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew uħud minnhom, bil-għan li żżomm il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u sussegwentement tbigħ is-CCP.

Artikolu 42 3

3.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika l-għodda tas-CCP tranżitorja, hija għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet u l-obbligi ttrasferiti lis-CCP tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi ttrasferiti mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 42 4

4.   Soġġett għall-Artikolu 27(10), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mis-CCP transitorja għandu jibbenefika:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta’ sjieda, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mingħand id-detenturi ta’ dawk l-istrumenti lis-CCP tranżitorja;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet kollha, jew uħud minnhom, ta’ dik is-CCP lis-CCP tranżitorja;

(c)

kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf wara l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni waqt riżoluzzjoni. b’mod proporzjonat għat-telf tiegħu waqt ir-riżoluzzjoni.

Artikolu 42 5

5.   L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni mħallsa mis-CCP tranżitorja f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq kif ġej:

(a)

malli jseħħ avveniment kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie impost it-telf permezz tal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP; jew

(b)

malli jseħħ avveniment mhux kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie allokat it-telf f’konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli tas-CCP.

L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li jkun għad fadal għandha titwettaq skont il-prijorità tat-talbiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

Artikolu 42 6

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP jew tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha.

Artikolu 42 7

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi d-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom, meta dak it-trasferiment ikun espliċitament previst fl-istrument li permezz tiegħu jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni, jew strumenti ta’ sjieda, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fil-paragrafu 8.

Artikolu 42 8

8.   Meta l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jaqgħux fil-klassijiet tal-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li permezz tiegħu jkun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għat-trasferiment tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferihom mis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lis-sidien oriġinali tagħhom.

Artikolu 42 9

9.   Trasferiment imsemmi fil-paragrafi 7 u 8 jista’ jsir fi kwalunkwe ħin u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra imsemmija fl-istrument li permezz tiegħu t-trasferiment sar għall-iskop rilevanti.

Artikolu 42 10

10.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet mis-CCP tranżitorja lil parti terza.

Artikolu 42 11

11.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tipprovdi servizzi b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal kwalunkwe fini oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li CCP tranżitorja titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tkunu tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 42 12

12.   Is-CCP tranżitorja ma għandhiex titwaqqaf milli teżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u milli tikseb aċċess għas-sistemi tas-saldu u tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra, dment li tissodisfa l-kriterji għas-sħubija u l-parteċipazzjoni f’dawk is-sistemi jew FMIs jew ċentri tan-negozjar.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja ma għandhiex tiġi mċaħħda mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar oħra fuq il-bażi li s-CCP tranżitorja ma tkunx tippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li dik il-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex tingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew ċentri tan-negozjar.

Meta s-CCP tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja tista’ tkompli teżerċita d-drittijiet ta’ sħubija tagħha bħala CCP u jkollha aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi u ċ-ċentri tan-negozjar l-oħra għal perijodu speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dak il-perijodu ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

Artikolu 42 13

13.   L-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq, jew fir-rigward, tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, jew inkella fuq il-bord jew il-maniġment superjuri tagħha.

Artikolu 42 14

14.   Is-CCP tranżitorja ma għandu jkollha l-ebda obbligu jew responsabbiltà fil-konfront tal-azzjonisti jew tal-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni, u l-bord jew il-maniġment superjuri tas-CCP tranżitorja ma għandu jkollu l-ebda obbligazzjoni lejn dawk l-azzjonisti jew il-kredituri għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom, sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jkunux dovuti għal negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.