11. Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tipprovdi servizzi b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.
Għal kwalunkwe fini oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li CCP tranżitorja titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tkunu tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.