+Artikolu 45 Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3

Artikolu 45 Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   F’sitwazzjoni straordinarja ħafna ta’ kriżi sistemika, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni f’konformità mal-Artikoli 46 u 47 bl-iskop li tirriżolvi CCP biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-appoġġ finanzjarju jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21;

(b)

l-appoġġ finanzjarju jintuża biss bħala l-aħħar alternattiva f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod kollha ta’ riżoluzzjoni sal-livell massimu prattikabbli filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

(c)

l-appoġġ finanzjarju jkun limitat fiż-żmien;

(d)

l-appoġġ finanzjarju jkun konformi mal-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat; u

(e)

l-Istat Membru jkun iddefinixxa bil-quddiem, arranġamenti komprensivi u kredibbli, b’mod konsistenti mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, biex jiġu rkuprati, fuq perijodu xieraq, u skont l-Artikolu 27(10) il-fondi pubbliċi użati, sal-punt li ma jkunux irkuprati kompletament permezz tal-bejgħ lil xerrejja privati skont l-Artikolu 46(3) jew 47(2).

L-applikazzjoni tal-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern għandha titwettaq f’konformità mal-liġi nazzjonali jew taħt it-tmexxija tal-ministeru inkella tal-gvern kompetenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew taħt it-tmexxija tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 45 2

2.   Sabiex jingħata effett lill-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, il-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet għandu jkollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 48 sa 58 u għandhom jiżguraw li tinżamm il-konformità mal-Artikoli 52, 54 u 72.

Artikolu 45 3

3.   Għodod governattivi ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja għandhom jitqiesu li għandhom jiġu applikati bħala l-aħħar alternattiva għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-assistenza ta’ likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat lis-CCP;

(c)

fir-rigward tal-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jiddetermina li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-appoġġ ta’ ekwità pubblika permezz tal-għodda ta’ appoġġ għall-ekwità jkun diġà ngħata lis-CCP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.