+Artikolu 49 Setgħat anċillari
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3
|
Artikolu 49 Setgħat anċillari
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1
|
1. Meta tiġi eżerċitata setgħa msemmija fl-Artikolu 48(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita wkoll kwalunkwe waħda mis-setgħat anċillari li ġejjin:
|
(a)
|
soġġett għall-Artikolu 67, li tipprevedi trasferiment li jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;
|
|
(b)
|
li tneħħi d-drittijiet għall-akkwist ta’ aktar strumenti ta’ sjieda;
|
|
(c)
|
li titlob lill-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, jew l-elenkar uffiċjali, ta’ kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ mis-CCP skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);
|
|
(d)
|
li tipprevedi li l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, skont l-Artikoli 40 u 42 rispettivament, jiġu ttrattati bħallikieku kienu s-CCP taħt riżoluzzjoni, għall-finijiet ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu ta’, jew azzjoni meħuda minn, is-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni f’infrastruttura tas-suq;
|
|
(e)
|
li titlob lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti, sabiex jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni u assistenza;
|
|
(f)
|
li tipprevedi li l-membru tal-ikklirjar, li huwa benefiċjarju ta’ kwalunkwe pożizzjoni allokata lilu permezz tas-setgħat imsemmija fil-punti (o) u (p) tal-Artikolu 48(1), jassumi kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni fis-CCP fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet;
|
|
(g)
|
li tikkanċella jew timmodifika t-termini ta’ kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni hija parti jew inkella tissostitwixxi l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, minflok is-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala parti;
|
|
(h)
|
li timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż fir-rigward tat-termini ta’ aċċess tagħha għall-ikklirjar għall-membri tal-ikklirjar tagħha u parteċipanti oħra;
|
|
(i)
|
li tittrasferixxi s-sħubija ta’ membru tal-ikklirjar mis-CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent tas-CCP jew CCP tranżitorja.
|
Kwalunkwe dritt ta’ kumpens previst f’dan ir-Regolament ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 49 2
|
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipprevedi l-arranġamenti ta’ kontinwità meħtieġa sabiex tiżgura li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, li n-negozju ttrasferit ikun jista’ jiġi operat mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja. Tali arranġamenti ta’ kontinwità jistgħu jinkludu:
|
(a)
|
il-kontinwità tal-kuntratti konklużi mis-CCP taħt riżoluzzjoni, sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jassumu d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li jkunu ġew ittrasferiti u tiġi sostitwita s-CCP taħt riżoluzzjoni, espliċitament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;
|
|
(b)
|
is-sostituzzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni mal-akkwirent jew mas-CCP tranżitorja fi kwalunkwe proċediment legali li jirrigwarda kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.
|
|
|
Artikolu 49 3
|
3. Is-setgħat previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw:
|
(a)
|
id-dritt ta’ impjegat tas-CCP li jittermina kuntratt ta’ impjieg;
|
|
(b)
|
soġġett għall-Artikoli 55, 56 u 57, l-eżerċitar ta’ drittijiet kuntrattwali ta’ parti f’kuntratt, inkluż id-dritt li tittermina, fejn ikun stabbilit fit-termini tal-kuntratt, minħabba att jew ommissjoni mis-CCP qabel it-trasferiment, jew mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja wara t-trasferiment.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|