+Artikolu 50 Ġestjoni speċjali
---+Artikolu 50 1
---+Artikolu 50 2
---+Artikolu 50 3
---+Artikolu 50 4
---+Artikolu 50 5
---+Artikolu 50 6
|
Artikolu 50 Ġestjoni speċjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ taħtar maniġer speċjali wieħed jew aktar sabiex jissostitwixxi l-bord ta’ CCP taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollu għarfien espert adegwat fis-servizzi finanzjarji, fil-ġestjoni tar-riskji u fis-servizzi tal-ikklirjar, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 50 2
|
2. Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-bord tas-CCP. Il-maniġer speċjali għandu jeżerċita dawk is-setgħat biss taħt il-kontroll tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ dik il-ħatra.
|
|
Artikolu 50 3
|
3. Il-maniġer speċjali għandu jinħatar għal mhux aktar minn sena. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ ġġedded dak il-perijodu meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 50 4
|
4. Il-maniġer speċjali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jimplimenta l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. F’każ ta’ inkonsistenza jew kunflitt, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tas-CCP jew il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 50 5
|
5. Il-maniġer speċjali għandu jfassal rapporti għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-ħatra f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u fil-bidu u fit-tmiem tal-mandat. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħuda.
|
|
Artikolu 50 6
|
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tneħħi l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin. Fi kwalunkwe każ, hija għandha tneħħi l-maniġer speċjali fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta l-maniġer speċjali jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
meta l-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tat-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ dak il-maniġer speċjali; jew
|
|
(c)
|
meta l-kondizzjonijiet għall-ħatra ma jibqgħux japplikaw.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|